Joseph Muscat  (18866 views)

 

What is Joseph doing now?

Manifestazzjoni Nazzjonali, nhar il-Hadd 25 ta’ Ottubru f’Haz Zabbar
27 days ago  ·  Comment »

Age

35

Location

Burmarrad, Malta

Birthday

January 22
 
Advertisement

Info

http://josephmuscat.hi5.com - Send it to your friends

Age

35

Birthday

January 22

Location

Burmarrad, Malta

 

About Me

Dr Joseph Muscat hu l-Kap tal-Oppozizzjoni u l-Mexxej tal-Partit Laburista


Dr Joseph Muscat gie elett fil-Parlament Ewropew f’ isem il-Partit Laburista Malti fl-ewwel Elezzjonijiet Ewropej li saru f’ Malta f’ Gunju 2004. Huwa kien l-ewwel kandidat Laburista li gie elett f’ din il-kariga biex b’ hekk sar l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Laburista.

Fil-Parlament Ewropew, Joseph huwa membru tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji, il-Kumitat ghas-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur. Fl-2007, huwa gie elett Vici President tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew, biex sar l-ewwel Malti elett f' kariga simili. Huwa ukoll l-aktar persuna zaghzugha li qatt giet eletta bhala ufficjal ta' dan il-Kumitat importanti.

Fil-Parlament Ewropew, Joseph ha hsieb rapporti importanti hafna bhal dak dwar il-kontijiet tat-telefon cellulari (Roaming) kif ukoll rapport dwar il-bejgh u xiri tal-banek.

Joseph Muscat diga' kiseb rizultati konkreti fil-hidma tieghu fil-Parlament Ewropew, l-aktar fil-protezzjoni tal-konsumaturi bhal fil-kaz tat-tnehhija tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satelliti, d-dritt li konsumaturi jaraw avvenimenti sportivi ewlenin minghajr hlas, u soluzzjoni ghal kwistjoni tar-registrazzjoni tal-medicini.

Huwa kien involut hafna ukoll fil-protezzjoni ta' l-ambjent, f' kazijiet bhal dak ta' l-incineratur ta' l-Isptar San Luqa, il-Power Stations tal-Marsa u Delimara, u l-Impjant tar-Riciklagg ta' Sant' Antnin.

Hadem ukoll fil-qasam tad-drittijiet tal-haddiema billi zgura protezzjoni ghad-drittijiet tal-haddiema fid-Direttiva tas-Servizzi, u ha diversi inizjattivi dwar is-sahha u sigurta' f' postijiet tax-xoghol f' diversi fabbriki f' Malta u Ghawdex. Joseph kien strumentali biex gew salvati l-postijiet tax-xoghol tal-haddiema tax-xatt.

Mil-lat socjali, Joseph Muscat huwa involut fl-Intergrupp Parlamentari dwar id-Dizabilita'.

Huwa rebah il-Premju Outstanding Young Person of the Year ghall-hidma politika tieghu matul l-2006.

Joseph Muscat huwa isem familjari ma’ hafna Maltin u Ghawdxin. Ghal hdax–il sena, huwa pprezenta u pproduca ghadd ta’ programmi ghat-televizjoni u radju, u stabilixxa lilu nnifsu bhala analista politiku regolari f’ gurnali bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa kien wiehed mill-ftit nies fil-mezzi tax-xandir li kellu bazi soda ta’ ekonomija, billi huwa primarjament ekonomista u manager.


KULLEGG U UNIVERSITA’

Joseph twieled nhar it-22 ta’ Jannar 1974 u gej minn familja ta’ intraprendituri habrieka li jahdmu ghal rashom u ta’ bdiewa: nies li jafu li jridu jfendu ghal rashom u jassiguraw l-ghixien tal-familja taghhom. Missieru Salvu beda negozju ghal rasu fl-1978 filwaqt li ommu Grace kienet wahda mill-aktar hajjata maghrufa tal-pajjiz qabel ma rtirat mix-xoghol xi snin ilu.

Joseph attenda St Francis School, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Bahar, u l-Iskola Stella Maris qabel ma beda l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Kullegg San Alwigi. Huwa jsostni li kiseb hafna mill-hiliet tal-management tieghu mill-Gizwiti, li rawwmulu fih sens ta’ dixxiplina u uzu tajjeb tal-hin. Joseph kompla bl-edukazzjoni post-sekondarja tieghu fis-Sixth Form tal-Kullegg San Alwigi qabel ma sar l-ewwel membru tal-familja tieghu li dahal l-Universita’ ta’ Malta.

Hemmhekk huwa dahal fil-kors tal-kummerc (Bachelor of Commerce) fejn specjalizza fil-Management u Public Policy. Tlett snin wara kiseb grad Second Upper f’ dawn l-oqsma.

Zmien l-Universita' kien ukoll zmien ta’ decizjonijiet ghal Joseph. Dejjem kellu x-xewqa li jkun attiv fis-socjeta’ civili, izda qatt ma kien migbud lejn il-politika lokali ghax ma kienx ihoss li kienet il-mezz addatat sabiex jinbidlu l-affarijiet. Fil-fatt, huwa ddedika ruhu aktar f’xoghol socjali u qatta z-zmien ta’ hidma fis-Sixth Form u Universita’ jahdem ma’ organizazzjonijiet li jghinu t-tfal.


INVOLVIMENT FIL-POLITIKA

Madankollu, il-bidliet li sehhew fil-Partit Laburista fl-1992, l-aktar l-elezzjoni ta’ Alfred Sant bhala Mexxej, biddlu l-mod ta’ kif Joseph kien ihares lejn il-politika. F’ Ottubru 1992, Dr Sant qal li kien hemm spazju ghal kulhadd fil-Partit Laburista u li dawk li jridu jaghtu l-kontribut taghhom ghandhom jersqu ‘il quddiem.

Joseph, li gej minn familja b’ fehmiet politici differenti, iddecieda li jittestja kliem Alfred Sant. Kien hawnhekk li huwa inghaqad ma’ l-istazzjoni tar-radju tal-Partit Laburista, Super ONE u fi ftit taz-zmien sar parti minn grupp ta’ gurnalisti mmexxija minn Evarist Bartolo. Dan kien l-istess grupp li welled il-gurnal KullHadd u Super ONE Television.

Sadattant, Joseph kompla bl-istudji tieghu u kiseb Baccellerat bl-Unuri fil-Public Policy. It-tezi tieghu dwar l-iffinanzjar pubbliku tal-partiti politici kisbet l-oghla marki f’ dan il-kors. Dan heggu biex ikompli jistudja ghal grad ta’ Masters fl-Istudji Ewropej fil-European Documentation and Research Centre ta’ l-Universita’ ta’ Malta. Huwa sar wiehed mill-ewwel grupp ta' studenti li temm dan il-kors. Minhabba li l-ekonomija hija wahda mill-ispecjalizazzjonijiet tieghu, Joseph iffoka t-tezi tieghu fuq it-trasposizzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fuq intraprizi zghar u medji f’ zewg pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, jigifieri Spanja u l-Portugal.

'IL QUDDIEM

Il-Professur Godfrey Pirotta, li llum imexxi d-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita’ ta’ Malta, u Dr Mario Vella, espert fil-qasam ta' l-industrija, segwew l-progress akkademiku ta’ Joseph u heggewh biex jibda d-Dottorat tieghu fl-Ekonomija. Il-proposta ta’ Joseph dwar ricerka innovattiva dwar intraprizi zghar u l-multinazzjonali intlaqghet mill-Universita’ ta’ Bristol fir-Renju Unit. Joseph kiseb din il-Ph.D fl-2007 wara li ddefenda b' success it-tezi tieghu.

Sadattant, Joseph beda jiehu rwol aktar attiv fil-politika. Huwa rrealizza li l-involviment tieghu fil-mezzi tax-xandir ma kienx se jkun kontribut bizzejjed ghal bidla. Fl-1994 huwa involva ruhu fil-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) bhala Segretarju Finanzjarju, Deputat Chairperson u Agent Chairperson. Fl-1995, fl-eta’ tal 21 sena, huwa ha l-pass kuragguz li jikkontesta ghal wiehed mill-ghaxar positijiet fuq l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Gie elett u sar wiehed mill-izghar membri qatt eletti fl-Ezekuttiv u zamm dan il-post ghal sitt snin sall-2001 meta gie nominat ghal post ta’ Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista. Huwa ma giex kontestat u zamm il-kariga ghal tlett snin.

Bejn l-1997 u 1998 huwa ta sehem importanti fl-implimentazzjoni ta’ l-istrategija industrijali tal-Gvern Laburista. Huwa kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut ghall-Promozzjoni ta' l-Intraprizi z-Zghar (IPSE), li gie mwaqqaf bi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea u li nghata fondi Ewropej ghar-ristrutturar ta’ l-industrija. Joseph kien parti mill-grupp li gab dawn il-fondi.

Aktar tard huwa kompla bix-xoghol tieghu fl-industrija tas-servizzi finanzjarji mall-Crystal Finance Investments, rapprezentanti f’ Malta tal-bank Svizzeru UBS.


PROGETT INTERESSANTI

Fl-2001, il-Partit Laburista inkariga lil Joseph bit-tmexxija ta’ progett importanti u gdid: kanal ta’ informazzjoni fuq l-internet li kellu jwassal il-messagg tal-Partit bl-Ingliz. F; dan il-progett, Joseph gabar flimkien grupp ta’ hbieb biex iwelldu wahda mill-aktar esperjenzi medjatici eccitanti ta’ dawn l-ahhar snin: maltastar.com. Fit-tieni sena ta’ ezistenza taghha, maltastar.com rebhet nominazzjoni fil-Malta Journalism Awards (Joseph kien diga gie nominat darba ohra) u giet ikkwotata mill-BBC World u Canale 5.

FAMILJA


Joseph huwa mizzewweg lil Michelle nee’ Tanti, gradwata fil-Kommunikazzjoni, l-Ingliz u l-Edukazzjoni. Michelle hadmet bhala Assistenta Personali tal-Ministru Charles Buhagiar u wara tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Alfred Sant. Illum il-gurnata Michelle ghandha prattika privata fil-marketing u kommunikazzjoni. Fl-2007, il-familja Muscat irduppjat f' daqqa! Dan meta Michelle welldet lil bniet tewmin Etoile Ella u Soleil Sophie.

Matul is-snin Joseph serva bhala membru tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Moralita Fiskali u d-Djalogu Ewro-Gharbi tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Huwa kien ic-Chairperson tal-Kumitat tal-Mediterran tal-International Union of Socialist Youth (IUSY) waqt il-laqgha ta’ Malta fl-1999, u attenda bosta laqghat tal-European Young Socialists (ECOSY) f’ isem il-Forum Zghazagh Laburisti.


KARIGA DIFFICLI

Fl-2003, Joseph Muscat gie nnominat bhala parti minn grupp ta’ hidma, immexxi minn Dr George Vella u Evarist Bartolo, li fassal il-politika gdida Laburista dwar l-Unjoni Ewropea.

Izda l-aktar kariga difficli u ta’ sfida kienet dik ta’ President tal-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista f’ Novembru 2003. Id-delegati nnominawh biex imexxi wahda mill-aktar konferenzi generali sensittivi ghal bosta snin u li kellha tiehu decizjoni dwar il-politika tal-partit dwar l-UE. Fl-eta’ ta’ 29 sena, Joseph kien l-izghar persuna li nghata din il-kariga. Il-konferenza kienet immarkata b’ mumenti emozzjonali izda hafna delegati rrimarkaw li l-kalma u s-sens ta’ bilanc ta’ Joseph kienu elementi mill-aktar importanti ghas-success tal-konferenza.


SPORT, QARI U MUZIKA

Joseph ihobb hafna l-isport u jittrenja b’ mod regolari. Huwa jhobb it-table tennis u l-football. Lokalment izomm mar-Rabat Ajax filwaqt li fix-xena internazzjonali huwa marbut ma’ AC Milan.

Joseph ihobb hafna ukoll il-muzika, specjalment ir-rock progressiv. Huwa ghandu kollezzjoni kbira ta’ materjal tal-grupp Marillion u kuntent hafna li anki rnexxielu jiltaqa ma’ l-ex frontman taghhom, Fish darbtejn. Genesis, Offspring, Bruce Springsteen, Coldplay u Moby huma fost l-artisti favoriti tieghu.

Huwa jhobb hafna ukoll il-qari bl-awturi favoriti tieghu ikunu Philip Roth, C.J. Sansom, Alexander McCall Smith u Tracy Chevalier.

Interests

Il-vizjoni tieghi ghall-Partit Laburista

Pajjizna ghandu bzonn riformi ambjentali, socjali u ekonomici kbar biex jilhaq il-livelli ta’ zvilupp tal-pajjizi shabna fl-Unjoni Ewropea.

Partit Laburista imsahhah, mibdul u pozittiv huwa l-ahjar mod kif dawn ir-riformi isiru b’ mod li jghaqqdu flimkien lis-setturi kollha tas-socjeta: minn impjegati ghal negozjanti; minn zghazagh ghal nisa; minn hassieba ghal dawk li jghixu barra l-pajjiz.

Biex dan isehh irridu nibdew issa u minghajr dewmien nibnu moviment kbir li jigbor fi hdanu l-ahjar elementi ta' pajjizna. Moviment li jmur lil hemm mill-Partit Laburista u li jinkludi kull minn ghandu idejat innovattivi u progressivi, kull minn ghandu l-hila u l-inizzjattiva li jwettaq progetti li joholqu il-gid, u kull min tabilhaqq xeba' bil-qerda ta' l-ambjent.

Biex il-Partit Laburista jirnexxielu jigbor madwaru moviment wiesgha bhal dan jehtieg l-ewwel nett li jissoda minn gewwa. Jehtieg ukoll li jkollu Mexxej li huwa kapaci jigbed is-simpatija u jirbah ir-rispett mhux biss ta' dawk li kienu u baqaw l-attivisti tieghu matul is-snin, imma anki ta' dawk li ma baqawx jhossuhom parti minnu u sahansitra ta' min qatt ma hassu qrib tieghu.

Nemmen li nista’ nkun il-persuna li nghaqqad flimkien dawn l-elementi kollha biex inwasslu ghal Gvern Laburista sa' l-2013 sabiex inwettqu l-aspirazzjonijiet taghna ghal poplu u pajjizna. Nemmen li nista’ naghti vizjoni u energija biex sa’ 60 xahar iehor inkunu maghzula mill-poplu biex imexxu lil pajjizna.

Il-pedament ta’ dan il-progett huma iz-zghazagh, kategorija li fl-ahhar snin ma irnexxielniex nattiraw bizzejjed lejna. Irrid nuri lil shabi zghazagh li mal-Partit Laburista u fil-moviment li ser noholqu flimkien jistghu ikunu parti minn Generazzjoni Rebbieha.

Ghalhekk, wara li tkellimt mal-familja u ma bosta persuni ohra, wasalt ghad-decizjoni li nressaq n-nomina tieghi ghal kariga ta' Mexxej tal-Partit Laburista meta jifthu n-nominazzjonijiet.

B'hekk, wara l-esperjenza tieghi fl-akbar istituzzjoni demokratika fid-dinja, il-Parlament Ewropew, inkun nista' nkompli nservi lill-pajjizi b'mod aktar dirett.

In-nomina tieghi qed nitfaha minghajr l-ebda kundizzjoni. Jekk nigi elett, lest li nahdem ma’ kull persuna maghzula mill-Partit Laburista bhala Deputati Mexxejja u fil-karigi kollha l-ohra.

Fil-gimghat li gejjin se nkun qed niltaqa ma’ dawk kollha involuti biex nisma minghandhom u nispjega l-programm ta’ hidma tieghi.

Favorite Music

Genesis, Offspring, Bruce Springsteen, Coldplay and Moby.My favourite music genre is progressive rock, I`m the proud owner of rock band Marillion`s collections and met their ex front man Fish on two occassions.
 

Favorite Books

I enjoy reading and my favourite authors are Philip Roth, C.J. Sansom, Alexander McCall Smith and Tracy Chevalier.
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Joseph hasn't played any games recently.

 

Journal

View All 131 Entries    Add Comment

Politici, trade unions u s-socjetà civili kollha ghandhom jahdmu flimkien


Is-sitwazzjoni f’pajjizna hija difficli ghax filwaqt li l-inflazzjoni hija gholja, xoghol m’hawnx u qed jizdied ix-xoghol prekarju u jonqsu l-kundizzjonijiet tal-haddiema. Imma nemmnu f’dan il-pajjiz u jehtieg li l-politici, trade unions u s-socjetà civili ghandhom jahdmu flimkien biex nimxu ‘l quddiem.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha mal-Confederation of Maltese Trade Unions li saret fic-Centru Nazzjonali Laburista, fil-Hamrun.

Joseph Muscat qal li huwa jinsab imhasseb rigward rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jghid li Malta ghandha l-oghla rata ta’ studenti li ma jkomplux bl-istudji taghhom wara 16-il sena. Filfatt ir-rata ta’ studenti Maltin li ma jkomplux bl-istudji taghhom huwa ta’ erbgha minn kull ghaxra. Dan meta l-UE qed timmira li r-rata tkun ta’ wiehed biss minn kull ghaxar studenti li jispicca mill-iskola kmieni.

Il-Mexxej Laburista qal li l-inkwiet tal-PL huwa li mhuwiex isir bizzejjed biex jigu indirizzati l-problemi tal-familji u n-negozji.

Huwa qal li l-gholi tal-hajja hija l-akbar problema ghall-familji u li l-istatistika li harget il-bierah li l-inflazzjoni naqset bi ftit mhux bizzejjed ghax dan qed isir mhux minhabba xi azzjoni tal-gvern imma minhabba s-sitwazzjoni ekonomika.

Dr Muscat qal li jezisti l-bzonn ta’ regolamentazzjoni tas-suq b’mod Ewropew biex naraw li ma jkunx hemm abbuzi. Huwa qal li l-gholi tal-hajja kompla jirranka anke permezz tal-intervent tal-gvern bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-gholi fil-prezzijiet tac-cilindri tal-gass, gholi tal-prezzijiet fuq l-edukazzjoni u servizzi tas-sahha.

Il-Mexxej Laburista qal li l-PL qed jaghmel proposti konkreti li ghadu qed jistenna li jkunu nkluzi fil-pjanijiet tal-gvern. Fost dawn hemm li tinghata rata massima ta’ kemm jistghu joghlew it-tariffi tad-dawl u l-ilma matul is-sena d-diehla. Li jigu ffrizati administrative fees u taxxi ohra li joghlew f’dipartimenti u awtortajiet tal-Gvern. U li fl-ahhar issehh l-awtorità li tipprotegi l-konusmatur.

Dr Muscat qal li ghandna wkoll niddiskutu legislazzjoni Ewropea u nimplimentaw ligijiet li qed jigu diskussi fl-UE biex ma nibqghux Ewropej biss fuq il-karta.

Widgets

 

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins

Joseph has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Joseph

Nov 7 3:30 PM
Glenn says:
 
Emm bzon li issir elezzjoni il lum qabel ada u jitla il-labour ghax tqazizna taht dan il-gvern...
 
 
Oct 27 11:51 PM
xxx says:
 
proset joseph int haqek il ward . ma nistax inrabbi familja ta 5 b- 650 euros fix xhar dawn haqqom il piena tat tbatija ghax dawn it tip ta nies ma jafux tbatija ta finanzi 10q hafna u viva il labour
 
Oct 26 11:36 AM
 
proset joseph ahna warajk dejem kem ma jisthix dal gvern ma nistawx ilahqu mal kontijit u gonzi paxut ax majhalasx idawl kemuma animali inazjonalisti
 
Oct 26 2:23 AM
Joyce says:
 
Proset hafna Joseph
 
Oct 25 2:10 PM
KeiTH says:
 
proset joseph veru tkellimt tajjeb . kemm hadt pjacir illum ghax quddiem kien mifquf biz zaghzah u nies li jatu kass bil pajjiz ghax ghet insofru daqs iz zminijiet meta kien aw gwerra bil gvern nazzjonalista . ax ahna bil hila tana inkun fil gvern kif se nkunu 2012 jew qabel mhux l-eewwel inkisru poplu malti bil faqar li aw bhalissa umbad fi zmien lelezjoni natu tv,machines ecc u nixtru voti tal poplu malti . ahna laburisti inhalu il poplu jidecidi hu min irrid fil gvern . Issa ghana leader zaghzuh bhalna, ta skola kbir inteligenza kbira u zgur li ftit zmien iehor ha jkun priministru ta malta grazzi joseph labour till i die . felice
 
Oct 25 11:56 AM
 
helo dr joseph muscat il veru tkelimt tajjeb ghalek in nies jamirawk ax ijad taghaqad lil kulhadd familja wahda prosit u proseit kbira iktar lil poplu tali attenda jew al rebha kbira labourista
 
Oct 25 2:58 AM
 
fejn ha tkun ezatt llum, it triq tal-knisja jew x'mkien iehor?
 
 
Oct 22 4:23 AM
KeiTH says:
 
ejjjew zaghzah haddd 3.00 haz zabbar ha nsemmu lehen tana ax naqa naqa kollox ghet jaqtalna .narakhom hadd haz zabbar viva labour
 
Oct 21 2:07 PM
 
viva il labour u keep it up proset
 
Oct 19 5:41 AM
 
jien wahda mis suldati tal azzar joseph nitilaw b hgarna malta kolla
 
Oct 19 1:06 AM
mary says:
 
viva il lejber
u viva joseph mucat xx
 
Oct 18 6:22 AM
Alan says:
 
nice work joseph ahna warajk dejjem. mexxina al rebha storika
hali malta taghna tkun ghal ahjar. vivva il labour

alanmagri@live.com sliema.
 
Oct 18 1:46 AM
 
AW JOSEPH NARAK FIL 25 TA OTTUBRU HALIJLI COMMENT LURA PLS KEEP IT UP NICE PROFILE
 
Oct 17 6:20 AM
 
aw hij proset !!joseph hijj well done
 
Oct 16 12:38 PM
 
aw sihbi proset hafna tal hidma tijak king jalla il poplu malti jiftah mohu seww u jazel labur !! ax jek irdu il pajjiz jimxu il qudiem memx triq ohra xtazel hlif labour ax hemm bzon bidla fuq kollox hawn malta !!! viva labour ghal Dejjem
 
Oct 16 11:26 AM
cj says:
 
10q hafna li qet tibatli il msg u grazzi ejjew taqdna flimkien hali il pajjis jerga jiehu ir ruh grazzi
 
 
Oct 9 12:30 PM
 
thankyou Joseph your the best and thankyou for all the thinks your doing for all the labour party god blass you

Title
body